DanuSan b'wirja speċjali fil-Festival tal-Ktieb | One News

Notifiki

DanuSan b’wirja speċjali fil-Festival tal-Ktieb

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’ Novembru li ġej mistenni jieħu xejra kemm xejn differenti mis-soltu.

Dan hekk kif ser ikun wieħed iżjed interattiv, bid-Duo Danusan se jtellgħu wirja għall-familja kollha bejn id-9 u l-11 ta’ Novembru f’Dar il-Meditteran.Matul il-festival tal-kotba li ilhu jsir sa mill-1979, se jipparteċipaw numru ta’ pubblikaturi fosthom franċiżi, ġermaniżi, taljani u ċeki; li se jingħaqdu mal-publikaturi kollha Maltin.

 

Il-festival tal-ktieb se jittella bejn is-7 u l-11 a’ Novembru fejn se jingħata wkoll voucher lit-tfal kollha tal-iskola.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb Mark Camilleri ddeskriva dan il-festival bħala ċelebrazzjoni tal-qari li għandu l-għan li jwassal il-ktieb fost il-familji.

Waqt dan il-festival se jiġu mnedija għadd ta’ kotba minn awturi lokali u anke barranin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend