Arrestat għax ħa l-kolazzjon ma' mara… | One News

Notifiki

Arrestat għax ħa l-kolazzjon ma’ mara…

Eġizzjan li kien fuq btala fl-Arabja Sawdija spiċċa arrestat wara li ħa l-kolazzjon ma’ mara f’post pubbliku.

Fuq ritratt li l-povru raġel tefa’ fuq instagram, jidher li l-mara kienet liebsa burka, kif inhi t-tradizzjoni fil-pajjiż.

L-Eġizzjan ma kienx jaf li fl-Arabja Sawdija, irġiel li m’humiex miżżewġa ma jistgħux ipoġġu ħdejn nisa jew familji f’ristoranti jew kafetteriji pubbliċi.Ir-raġel spiċċa arrestat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Soċjali tal-pajjiż li akkużah li kiser diversi liġijiet u li poġġa fuq mejda fejn ċittadini tal-pajjiż biss jistgħu ipoġġu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend