Akkużat bil-qtil ta' familtu | One News

Notifiki

Akkużat bil-qtil ta’ familtu

Fl-Awstralja, raġel ta’ 24 sena qed jiġi akkużat bil-qtil tal-familja tiegħu wara li f’daru instabu ħames katavri fosthom dawk ta’ omm u tlett itfal bil-belt ta’ Perth.

Huwa rrappurtat li l-katavri ta’ tewmin bniet ta’ sentejn, tifla oħra ta’ tliet snin u nofs, ommhom u nannithom instabu lbieraħ.Midja internazzjonali irrappurtat kif il-Pulizija Awstraljana iddeskriviet dan id-delitt bħala atroċità u traġedja.

Għalkemm atti kriminali fuq għadd ta’ vittmi f’daqqa fl-Awstralja huma rari, dan huwa t-tieni każ fil-Punent tal-Awstralja din is-sena wara li seba’ persuni nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar f’Mejju li għadda.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend