Tonqos il-prostituzzjoni fit-toroq, jiżdiedu l-ħwienet | One News

Notifiki

Tonqos il-prostituzzjoni fit-toroq, jiżdiedu l-ħwienet

Fl-aħħar snin kien hawn tnaqqis sostanzjali b’rabta ma’ tlajjar fit-toroq għal fini ta’ prostituzzjoni, iżda żdiedu l-ħwienet reklamati bħala tal-massaġġi li però joffru servizzi sesswali.

Fl-aħħar xhur tressqu diversi persuni akkużati bi prostituzzjoni fosthom sidien ta’ ħwienet u anke ħaddiema. Bid-domanda għal dawn it-tip ta’ servizzi sesswali tibqa’ waħda pjuttost għolja.

Dwar dan il-fenomenu tkellimna mal-Ispettur John Spiteri mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji li hu l-investigatur ewlieni ta dawn it-tip ta reati.“Min-naħa tagħna rajna nuqqas minn prostituzzjoni fit-toroq, jiġifieri t-tlajjar naqas drastikament, allura rajna displacement mit-toroq għal massage parlours”.

Minkejja li mhux kull każ hu l-istess, il-maġġoranza tal-ħaddiema ikunu diġà fil-prostituzzjoni qabel jiġu f’pajjiżna.

“Tant li jkunu aċċettaw is-sitwazzjoni tagħohm minn investigazzjonijiet li nagħmlu, li dawn ikunu qed iduru pajjiżi Ewropej għall-prostituzzjoni”.

Waħda mir-raġunijiet li jiġu f’pajjiżna għal dan ix-xogħol tkun il-qagħda ekonomija f’pajjiżhom.

“Dan it-tip ta reat iħallas, il-flus li jkollhom ikunu ekwivalenti għal xhur ta’ xogħol leġittimu f’pajjiżhom”

L-Ispettur qal li l-Qrati qed ikunu idhom iebsa ma’ minn imexxi dawn it-tip ta’ briedel, li wieħed faċilment jiddentifika minn ħwienet oħra mit-tip ta’ reklamar li jsir.

Intant, waqt li kienet qed tieħu sehem fil-programm Coverage fuq ONE s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Julia Farrugia Portelli, spjegat x’tip ta’ riforma hemm bżonn vis a vis dawn l-imsejħa Massage Parlours li joffru servizzi sesswali.

Waqt il-programm ġiet diskussa l-wegħda elettorali tal-gvern li jibda diskussjoni dwar riforma fil-Prostituzzjoni u t-Traffikar Uman.

Qalet kif sa l-aħħar ta’ din is-sena se jkun ġew konkluzi d-diskussjonijiet mal-partijiet interessati dwar dawn it-temi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend