Salvata fekruna li kienet maqbuda ma’ ganċ f’Wied iż-Żurrieq – One News

Notifiki

Salvata fekruna li kienet maqbuda ma’ ganċ f’Wied iż-Żurrieq

Fekruna kienet salvata mill-baħar iktar kmieni llum minn sajjied li kien għaddej fuq xogħol minn Wied iż-Żurrieq.

F’messaġġ fuq Facebook, Nature Trust Malta qalet li l-fekruna nstabet b’ganċ imwaħħal magħha u ħabel ta’ qasba ħiereġ minn ħalqha. 

Nature Trust qalet li l-fekruna ttieħdet għand veterinarju biex jitneħħa l-ganċ, u l-intervent mistenni jkun wieħed delikat minħabba ħsara interna li setgħet ġarrbet il-fekruna.

Il-fekruna ssemmiet Ilda minn uffiċjali tan-Nature Trust li ġabruha miż-Żurrieq wara li sabha s-sajjied.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend