Omm Cristiano ġiet identifikata u qed titkellem mal-Pulizija – One News

Notifiki

Omm Cristiano ġiet identifikata u qed titkellem mal-Pulizija

Omm Cristiano, it-tifel tat-twelid li nstab abbandunat f’Buġibba, ġiet identifikara u qed tiġi mitkellma mill-Pulizija.

Il-Pulizija kkonfermat wkoll li ommu hija Maltija.

Dan kollu ntqal fi stqarrija li l-Pulizija ħarġet ftit tal-ħin ilu. Intant, Cristiano għadu qed jinżamm fil-kustodja tal-Aġenzija Appoġġ wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei ftit wara li nstab.

Ilbieraħ, diversi persuni marru l-għassa tal-Qawra b’bosta oġġetti fosthom ħwejjeġ għaċ-ċkejken Cristiano li nstab abbandunat ilbieraħ f’Buġibba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend