"Min jabbuża mis-sistema ta' għajnuna soċjali jkun qed jisraq u jitfa piż inġust fuq is-sistema nazzjonali." | One News

Notifiki

“Min jabbuża mis-sistema ta’ għajnuna soċjali jkun qed jisraq u jitfa piż inġust fuq is-sistema nazzjonali.”

“Min jabbuża mis-sistema ta’ għajnuna soċjali billi jaħbi jew iqarraq ikun qed jisraq u jitfa piż inġust fuq is-sistema nazzjonali.”

Hekk saħaq l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna fl-ittra pastorali li saret fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali tal-Vitorja, fejn tkellem dwar l-akkomodazzjoni soċjali.Fil-preżenza tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, deputati parlamentari kif ukoll membri mill-bank tal-ġudikatura, l-Arċisqof qal li l-prinċipju ewlieni tal-ġustizzja soċjali huwa li wieħed ikun mgħejjun meta verament għandu bżonn:

“Il-ġustizzja soċjali titlob ukoll meta wieħed verament ghandu bzonn ghanuna socjali urgenti minghajr ma jtellef ic-cans lil kazijiet li verament ghandhom bzonn.”

Fl-ittra pastorali, l-Arċisqof ikkwota l-ittra enċiklika tal-Papa Franġisku li fisser il-kunċett ta’ dar bħala importanti ħafna għad-dinjita’ tal-persuna kif ukoll għall-iżvilupp tal-familja.

Minkejja li kull wieħed u waħda minna għandu d-dritt li jħaddem il-propjeta’ tiegħu u jażaha bl-aħjar mod possibli sabiex jikber il-ġid, l-Arċisqof appella lis-sidien tal-kera sabiex ma jagħmlux dan bla rażan.  Semma kif din ir-realta’ soċjali tista’ twassal għal faqar ġdid li jxejjen it-tama f’ħafna nies- partikolarment iż-żgħażagħ.

L-Arċisqof appella lil kulħadd sabiex jiġbed ħabel wieħed u li bħala poplu nisrani għandu jkollna kuxjenza soċjali.  Żied jgħid li kull nisrani għandu jkollu l-moħħ u l-qalb li jrażżan l-għoli fil-prezzijiet tax-xiri u kirjiet ta’ propjetà skont il-kriterju ġust u ekwu- b’sens ta’ responsabilità u solidarjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend