L-aħħar wieħed ta' Juncker | One News

Notifiki

L-aħħar wieħed ta’ Juncker

Il-President tal-KE għandu quddiemu State of The Union fi żmien ta’ sfidi kbar…

Nhar l-Erbgħa li ġej il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union. Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”.  F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025.Artiklu li qed jidher fil-Kullħadd tal-lum qed ifakkar li fost l-iktar fuq l-aġenda fl-istituzzjonijiet Ewropej bħalissa hemm Brexit bit-taħditiet bejn ir-Renju Unit u Brussell jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dan iwassal biex wieħed jistenna li Juncker jagħmel referenza ċara. Għalkemm strateġikament huwa maħsub li d-diskors tiegħu ma jiffokax fuq hekk.

Fost it-temi li mistenni jindirizza Juncker hemm is-sussidjarjetà, in-negozju, il-migrazzjoni, in-nazzjonaliżmu, l-enerġija u t-tibdil fil-klima.

Juncker mistenni jsib temi wkoll li n-nies jirrelataw magħhom.

X’jiġri?

Dan id-diskors isir ta’ kull sena f’Settembru u jsir quddiem il-Membri tal-Parlament Ewropew. Id-diskors ikun segwit b’diskussjoni plenarja fil-Parlament Ewropew. Kien fl-2010 li bdiet din id-drawwa fl-Unjoni Ewropea wara li daħal fis-seħħ it-trattat ta’ Liżbona. Id-diskors ikun dak li jimmarka l-bidu tad-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew dwar il-programm tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena ta’ wara.

X’qed tistenna l-Ministru għall-Affarijiet Ewropej minn dan id-diskors?

Nistennew li l-President se jkun qed jieħu l-opportunità biex iperreċ ir-riżultati miksuba, speċjalment fil-kamp ekonomiku. F’dan il-qasam, il-Kummissjoni wirtet kriżi ekonomika, b’Ewropa bi problemi kbar fil-finanzi, qgħad u politika ta’ awsterità. Illum, is-sitwazzjoni hija ħafna aħjar. Fil-fatt, l-aħħar statistika turi li kellna 21 xahar konsekuttiv ta’ tkabbir ekonomiku, tnaqqis fir-rati tal-qgħad u l-munita ewro dejjem tissaħħaħ.

Parti mid-diskors ikun fuq oqsma kurrenti – temi li jitkellmu dwarhom in-nies fi djarhom u oħrajn li qed naffaċċjaw bħala Unjoni. Fost dawn, naħseb li Juncker se jkun qed jitkellem  dwar il-migrazzjoni – kwistjoni li anke minħabba l-aħħar pożizzjonijiet li qed jieħu l-Gvern Taljan hija prijorità fil-livell Ewropew. Aħna ovvjament se nkunu qed niflu kull kelma li tintqal għax din il-kwistjoni tolqotna direttament. Kif dejjem għedna, din hija problema li mhix ta’ Malta biss u trid tiġi solvuta fil-livell Ewropew bil-kooperazzjoni ta’ kulħadd. Aħna qed nistennew solidarjetà mill-Istati Membri l-oħra u nemmnu li jekk ikun hemm ir-rieda, nistgħu nsolvu din l-sfida li laqtet lill-kontinent Ewropew frott il-ġid li nħoloq.

Jekk mhux se jirnexxilna, in-nies xettiċi mill-Unjoni Ewropea, li jiddubitaw kemm l-Unjoni hi effettiva se jkomplu jiżdiedu. Dak li qed nistennew hu li, kif ġara fi kriżijiet oħra fil-passat – bħal dik ekonomika u monetarja, il-piż jinqasam b’mod ekwu bejn kulħadd.

Bħal f’kull ħaġa oħra, hawn min jaqbel mad-direzzjoni inġenerali li fiha miexja l-UE u hawn min ma jaqbilx. Fadlilna x’naqdfu biex naslu fejn nixtiequ. Żgur ma nistgħux nieqfu jew nikkuntentaw irwieħna bir-riżultati li nkisbu s’issa u li qed jinkisbu. Fi żmien fejn il-popoliżmu qed jiżdied, ma nistgħux ma nkunux proattivi.

Allura nistenna li d-diskors ta’ nhar l-Erbgħa jiffoka fuq dawk il-frustrazzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nies fil-ħajja ta’ kuljum. Nistenna wkoll li f’dinja fejn qed naraw il-politika tiddeġenera għal waħda immatura fejn it-tgħajjir qed jieħu post l-argumenti serji  biex naslu għal soluzzjonijiet b’mod ċivili, Juncker ikun pożittiv u jelenka l-viżjoni li għandha taħdem għaliha l-Unjoni u li toffri futur tajjeb  għall-familji u għan-negozji tagħna.

Meta nhar l-Erbgħa nisimgħu d-diskors ta’ Jean-Claude Juncker fejn isemmi l-kisbiet tal-Unjoni, niftakru wkoll li Malta fis-siġġu tal-ewwel Presidenza tagħna, kienet strumentali biex inkisbu

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend