Jinżamm arrestat wara li hedded passiġġieri tat-trasport pubbliku b'arma falza | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li hedded passiġġieri tat-trasport pubbliku b’arma falza

Raġel ta’ 47 sena mil-Liberja qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizija wara li nqabad ixejjer pistola falza fuq karozza tal-Linja. 

Il-każ seħħ ilbieraħ, is-Sibt, fit-20:30 abbord ir-rotta 80 li dak il-ħin kienet qed tivvjaġġa minn Birżebbuġa għall-Belt. Jidher li r-raġel beda jhedded u jbeżża’ lil xi passiġġieri billi jipponta l-arma falza lejhom.

Uffiċjali mill-RIU segwew il-karozza tal-linja u waqfuha quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana. Hawnhekk ir-raġel ġie arrestat, u iktar tard instabet l-arma fuqu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend