Aġġornat: Jaqa’ saqaf ta’ dar f’Tas-Sliema – One News

Aġġornat: Jaqa’ saqaf ta’ dar f’Tas-Sliema

Ftit tal-ħin ilu waqa’ saqaf ta’ dar fi Triq Santa Marija, Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Fid-dar ta’ taħt ma’ weġġa’ ħadd, iżda jidher li fir-residenza ta’ fuq joqgħod raġel li dak il-ħin ma kienx fil-kċina fejn ċeda s-saqaf.

Hu mifhum li dan seħħ minħabba xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għaddejjin fil-viċinanzi

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend