Il-President ta' Malta tiltaqa' maċ-ċiklisti tal-Lifecycle ta' din is-sena | One News

Notifiki

Il-President ta’ Malta tiltaqa’ maċ-ċiklisti tal-Lifecycle ta’ din is-sena

25 ċiklist li qed jitħargu għal-LifeCycle Challenge ta’ din is-sena, dalgħodu għamlu waqfa ta’ ftit ħin mit-taħriġ tagħhom sabiex jiltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton. Il-President laqgħet liċ-ċiklisti u lit-tim kollhu li se jmur għall-isfida ta’ dan is-sena li se tibda minn Abu Dhabi fl-Emirati Arab Maqgħuda sal-Oman. Hija faħħret lit-tim kollhu għall-att nobbli u ta’ kuraġġ sabiex jgħinu persuni li jbatu bi problemi fil-kliewi.

Hija stqarriet ukoll li m’hemmx kliem għall-apprezzament li tħoss meta tara ġest nobbli bħal dan, filwaqt li ħeġġet għal iktar nies biex jinkitbu sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-organi tagħhom wara mewthom, ħalli b’hekk iżjed pazjenti inkluż dawk tal-kliewi, jkunu jistgħu jagħmlu t-trapjant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend