Festival tal-isport b'kuxjenza fuq is-saħħa mentali | One News

Notifiki

Festival tal-isport b’kuxjenza fuq is-saħħa mentali

Għal darb’oħra, iż-żgħażagħ tar-raħal pittoresk tal-Fontana f’Għawdex se jtellgħu l-Festival tal-Isports, bit-tema tkun is-saħħa mentali.

B’kollaborazzjoni mal-Paroċċa tal-Fontana flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, il-Kummissjoni Żgħażagħ Fontana se jiddedikaw il-Festival tal-Isports ta’ din is-sena biex iqajmu kuxjenza dwar l-istigma li hawn fuq is-saħħa mentali. Fost il-ħafna attivitajiet li ser ikun hemm, ser jiġu orġanizzati taħdidiet minn esperti fis-settur bil-għan li jqajmu kuxjenza dwar is-suġġett. Fosthom rappreżentanti tal-Fondazzjoni Richmond, l-Assoċċazzjoni tas-Saħħa Mentali f’Għawdex kif ukoll il-psikologu Dr. Michael Galea.

Barraminhekk se jkun hemm ukoll attivitajiet għall-familja, fosthom wirja tal-karozzi, kompetizzjonijiet tal-futbol, festival tal-inbid b’varjetà kbira ta’ inbid Għawdxi u ikel kif ukoll attivitajiet u logħob għat-tfal. Preżenti ser ikun hemm ukoll diversi bands lokali fosthom Novel u r-Red Eletrick.

Dan kollu ser isir mill-Erbgħa 19 ta’ Settembru sas-Sibt 22 ta’ Settembru. Id-dħul huwa b’xejn.

Għal din l-attività ser tattendi l-President ta’ Malta Marie-Louise Colerio Preca.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend