Bil-Filmat: Ela Mangion se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Ela Mangion se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision

Kienet Ela Mangion ta’ 12-il sena mill-Ħamrun li serqet l-attenzjoni tal-ġurija u tal-pubbliku waqt is-serata tal-Malta Junior Eurovision Song Contest.

Ela se tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżna fl-akbar festa ta’ mużika tat-tfal fl-Ewropa, li din is-sena se ssir fil-Belarus.

Inqas minn 24 siegħa wara li ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala l-ambaxxatriċi Maltija għal din is-sena, Ela tkellmet ma’ ONE NEWS dwar dak li ħasset meta saret taf li se tkun hi li ġġorr il-bandiera Maltija f’Minsk f’Novembru li ġej.

Hija spjegat il-messaġġ tal-kanzunetta tagħha Marchin’ On, b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar.

Is-serata tal-Junior Eurovision Song Contest se ssir nhar il-25 ta’ Novembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend