B'ekonomija b'saħħitha nistgħu nwettqu miżuri bħat-trasport b'xejn għall-istudenti kollha- JM | One News

Notifiki

B’ekonomija b’saħħitha nistgħu nwettqu miżuri bħat-trasport b’xejn għall-istudenti kollha- JM

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, spjega kif il-miżura li se tagħti trasport b’xejn ghat-tfal tal-iskejjel kollha u li kienet wegħda ewlenija tal-gvern is-sena li għaddiet, “qegħdin inwettquha f’ħin relattivament qasir mingħajr desruption għas-sistema.”

F’kollegament fuq ONE radio, il-Prim Ministru saħaq kif din l-iskema se tkun qed “tolqot minn tal-anqas 2 sferi – il-ġenituri li għandhom lil uliedhom imorru fl-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti u dan ifisser li għal kull student, il-familja ħa tkun qed tiffranka mas-700 ewro fis-sena u impatt pożittiv fuq it-traffiku.”

Muscat spjega kif “fuq studju illi sar, irriżulta li jista jkun hemm tal-anqas 6,300 karozza anqas kuljum fit-toroq tagħna. L-idea hija li fuq medda ta’ xhur, barra li żżid il-flus fil-but, inti jkollok sitwazzjoni fejn aktar nies li sal-lum ‘il ġurnata kienu qegħdin iwasslu lil uliedhom bil-karozza tagħhom, issa jibdew, speċjalment filgħodu, jużaw dan it-trasport.”Il-Prim Ministru qal li fejn sa ftit ġimgħat ilu, il-ftehim inizjali kien li l-ġenituri jħallsu imbagħad jirċievu refund mill-gvern, ġie konkluż biex il- “flus jitħallsu direttament  mill-gvern lill-providers tat-trasport tal-iskejjel, sistema aktar sempliċi u effettiva.”

“B’kollox, dan il-pakkett, se jiswa lill-gvern mas-26 miljun ewro. Flus li aħna nistgħu nonfqu grazzi għall-ekonomija li miexja ‘l quddiem, għas-surplus, u naraw li dak is-surplus ma jibqax fil-kexxun imma jista’ jiġi nvestit u jasal direttament fil-bwiet tal-poplu Malti,” kompla l-Prim Ministru hu u jsostni kif dan kollu apparti dawk iż-żgħażagħ bejn is-16 u l-20 sena li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku b’xejn.

B’determinazzjoni, il-Gvern konvint li r-riżultati minn din il-miżura ħa jibdew jidhru u se tħalli l-frott tagħha.

3,000 miljun f’tkabbir ekonomiku f’temp ta’ 3 xhur

Statistika aħħarija turi li pajjiżna mhux biss għandu t-tieni l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa għat-tieni kwart tas-sena, li hija importanti ħafna, iżda kien hemm ukoll reviżjoni fis-snin ta’ qabel fejn tikkonferma li l-ekonomija baqgħet miexja fuq l-istess ritmu pożittiv.

Il-Prim Ministru fisser kif “fi 3 xhur biss, hija l-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż, li pproduċejna 3,000 miljun ewro – li tinkludi dawk kollha li joħorġu jaħdmu, kull min jinvesti, il-barranin li jiġu jinvestu f’pajjiżna u anke biex jaħdmu f’pajjiżna, il-ġid li ħoloq kullħadd, il-kejk tagħna fi 3 xhur biss sar 3 elef miljun.  Dawn it-3 elef miljun wasslu biex tnaqqset it-taxxa għall-poplu Malti u li bħalissa, dawk li jaħdmu f’pajjiżna u jaqla sa 60 elf ewro, qed jirċievi ċekk parti mit-taxxa li tħallset lura.”

Barra minn hekk il-gvern, grazzi għall dawn l-ammonti, jista’ jwettaq miżuri kbar bħall-trasport b’xejn lill-istudenti kollha u anke żidiet fil-pagi tal-ħaddiema.

Empatija u mhux mentalita’ maskilista fil-każ tat-tarbija misjuba f’parapett

Il-Prim Ministru sostna li “f’dan il-każ, il-punt pożittiv li nara li nista’ niġġudika l- pajjiż fuqu huwa l-mijiet jekk mhux eluf ta’ efferti volontarji li saħansitra kien hemm ġenituri li talbu biex dan it-tifel jadottawh huma. Dak huwa fil-fehma tiegħi s-sens ta’ li jagħmilna l-pajjiż li aħna. Jien ngħid ma kienx hawn familja minn Malta li m’għadditiliex minn moħħha jew ma qalitx jew ma toffrix ix-xewqa li tadotta lil dan it-tifel. Dan jagħmilni kburi li jien Malti u xi kultant ninjoraw dan il-punt pożittiv.”

“Il-punt negattiv huwa li ddispjaċut kif wieħed jaqbeż biex jiġġudika nies oħra. Il-ġenituri tat-tarbija ma nafx min huma u l-awtoritajiet qegħdin jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Nemfasizza l-kelma ġenituri. Ma nistax naqbel jew nifhem ma’ soċjeta’ li taghmel kundanna lill-omm qisha l-omm biss ħolqitu t-tarbija. Responsabilta’ hija tal-omm u l-missier. Irridu nuru empatija u mhux mentalità maskilista,” temm Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend