Twissija: Ma jistax isir għawm fil-Ħofriet f' Delimara | One News

Notifiki

Twissija: Ma jistax isir għawm fil-Ħofriet f’ Delimara

Ma jistax isir għawm f’ parti mill-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin, fiż-żona magħrufa bħala il-Ħofriet f’Delimara.  Id-dgħajjes u bċejjeċ oħra tal-baħar għandhom ukoll iżommu ‘l bogħod minn din iż-żona.


Fl-aħħar jiem waqa’ ammont ta’ blat mit-Tieqa tal-Ħofriet u hemm il-periklu li jerġá jiġri l-istess.  L-Awtorita’ ħarġet avviż lill-baħħara biex tiddikjara din iż-żona, żona projbita. Transport Malta tappella lill-pubbliku biex iżomm ‘il bogħod mill-kosta viċin din it-Tieqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend