Tfajla ta' 14-il sena rrappurtata nieqsa | One News

Notifiki

Tfajla ta’ 14-il sena rrappurtata nieqsa

Nathea Xuereb ta’ 14-il sena għadha kif ġiet irrappurtata nieqsa mill-Pulizija. Hija dehret l-aħħar ilbieraħ, 7 ta’ Settembru fl-inħawi ta’ Santa Luċija liebsa leggings suwed u flokk iswed bil-griż bil-kelma ‘sochic’ fuqu.

Nathea għandha għajnejha żoroq u xagħarha kannella u ta’ sikwit tkun Ħal Tarxien jew il-Belt.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Nathea għandu jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew f’xi Għassa tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend