Qed isir intervent fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir wara ħsara b'oġġetti li tpoġġew fuqu | One News

Notifiki

Qed isir intervent fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir wara ħsara b’oġġetti li tpoġġew fuqu

Wara li l-Ħamis li għadda kien hemm l-intervent tas-soltu fuq il-monument tal-Assedju fil-Belt, esperti nnutaw li partijiet minnu kellhom bżonn intervent immedjat minħabba ħsara kawża ta’ xi oġġetti li tpoġġew fuq il-monument mingħajr ma ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Id-Direttorat tar-Restawr qed jikkordina ma’ Heritage Malta biex dan l-intervent isir fil-ġimgħat li ġejjin. Dan beda hekk kif intemmet iċ-ċerimonja ta’ Jum il-Vitorja dalgħodu biex ma ssirx iktar ħsara fuq dan il-monument storiku.


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend