“Qatt ma tlift it-tama”- Tfajla ta’ 19 tirrakkonta kif raġel qafilha f’kontejner u stupraha għal bosta snin – One News

Notifiki

“Qatt ma tlift it-tama”- Tfajla ta’ 19 tirrakkonta kif raġel qafilha f’kontejner u stupraha għal bosta snin

Tfajla ta’ 19-il sena tkellmet dwar it-trawma li għaddiet minnha mindu kellha biss 14-il sena, wara li nħatfet minn raġel u sfat stupratha u abbużata għal bosta snin.

Nathaniel Kibby, l-aggressur, ħataf lit-tfajla minn fejn id-dar tagħha f’North Conway, New Hampshire, lura fl-2013. Din l-aħbar ħasdet ir-raħel fejn trabbiet it-tfajla, u t-tfitxxija għaliha kienet waħda mill-ikbar li qatt saret f’dan l-Istat.

F’intervista ma’ ABC News, Abby, it-tfajla, qalet li eventwalment ċediet u saret ħabiba mal-agressur tagħha biex forsi jibda jafdaha. “Niftakarni ngħid lili nnifsi li għadi bżonn naħdem miegħu. Sar jafdani għaliex ħallejtu jagħmel li jrid bijja, u għintu jaħdem il-flus foloz”.

Hija rrakkuntat ukoll kif Kibby rabatha, sakkarha f’kontejner, u għattielha ħalqha sakemm abbuża minnha sesswalment.

Eventwalment, sid ta’ ħanut indunat li Kibby kien qed juża flus foloz, u rrappurtatu lill-Pulizija. Kibby beża’ li din se tinstab u wassalha fl-istess post minn fejn kien ħatafha ħames snin ilu.

Mistoqsija dwar kif irnexxielha tgħaddi minn dak kollu, it-tfajla qalbiena wieġbet:

“qatt ma tlift it-tama”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend