"Kemm għandkom qalb kbira"- Bosta joffru ħwejjeġ u oġġetti oħra għaċ-ċkejken Cristiano | One News

Notifiki

“Kemm għandkom qalb kbira”- Bosta joffru ħwejjeġ u oġġetti oħra għaċ-ċkejken Cristiano

Dalgħodu diversi persuni marru l-għassa tal-Qawra b’bosta oġġetti fosthom ħwejjeġ għaċ-ċkejken Cristiano li nstab abbandunat ilbieraħ f’Buġibba.

Dan wara l-appell tas-Surġent Glen Carabott li sab lit-tifel, sabiex min jista’ jieħu ħwejjeġ jew oġġetti għat-tifel jeħodhom l-Għassa tal-Qawra.

Intant, huwa jibqa’ japella biex min għandu xi oġġetti li jistgħu jkunu utli għal Cristiano, jagħti sehemu kif jista’

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend