Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt | One News

Notifiki

Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt

Wara li bħal dan iż-żmien sena ilu, id-difensur intenazzjonali Malti Jonathan Caruana ġie sospiż erba’ snin minn-NADO (National Anti-Doping Organisation) hekk kif instab pożittiv li għamel użu minn sustanzi projbiti fl-sport, jidher li d-difensur ta’ Valletta FC mistenni jirritorna fil-ġimgħat li ġejjin wara sena sospenzjoni.

Bla dubju din l-aħbar hija waħda pożittiva ħafna kemm għaċ-ċampjins Valletta FC, kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti hekk kif Caruana kien plejer regolari kemm ma’ Valletta u kemm mat-tim nazzjonali Malti.

Aktar dettalji dwar din l-storja fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend