Jinżamm arrestat wara li seraq numru ta' karozzi | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li seraq numru ta’ karozzi

Clint Cauchi ta’ 33 sena mis-Siġġiewi inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li f’okkażjonijiet differenti wettaq tlett serqiet fuq tlett karozzi fis-Siġġiewi u f’Ħaż-Żebbuġ. Apparti s-serq fuq il-vetturi, Cauchi li huwa wkoll bla xogħol huwa akkużat wkoll li f’żewġ każijiet oħra huwa kkommetta serq aggravat għad-dannu ta’ kumpanija fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kif ukoll li kkawża xi ħsarat u li laqa’ għandu jew aċċetta oġġetti misruqa bl-intenzjoni li jbigħhom u jagħmel qliegħ minnhom. L-akkużat, li kien liebes flokk aħdar taċ-ċingi b’ għajnejh  jħarsu lejn l-art wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Agius.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend