Iżjed protezzjoni għall-għaqdiet volontarji – One News

Notifiki

Iżjed protezzjoni għall-għaqdiet volontarji

Hekk kif ħierġin mill-istaġun tal-festi, staġun sostnut mill-għaqdiet volontajri, ninsabu biss pass il-bogħod milli dawn l-istess għaqdiet ikunu protetti permezz ta’ emendi fil-liġi ġodda.

L-emendi, li jinsabu fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament, se jwasslu biex ikun hemm iżjed trasparenza u protezzjoni għal dawn l-għaqdiet minn sfruttar għal skopijiet ta’ ħasil ta’ flus jew terroriżmu. Dawn l-emendi se jidħlu fis-seħħ paripassu ma’ emendi oħra li se jippermettu li għal ewwel darba żgħażagħ ta’ 16-il sena jistgħu jistabilixxu għaqda volontarja.Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, stqarr ma’ ONE News x’se jfissru dawn l-emendi għall-għaqdiet volontarji.

“Dawn l-emendi fil-liġi se jippromettu aktar trasparenza, aktar sigurtà, fejn se naraw li dan is-settur ikompli jikber u jkompli jespandi.”

Dan intqal waqt tnedija ta’ programm t’attivitajiet li jfakkar l-għaxar anniversarju mit-Twaqqif tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Kunsill li tul dawn l-aħħar snin wettaq bosta inizjattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-settur u tal-voluntiera li jiddedikaw tant enerġija.

Ic-ċermen tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Noel Camilleri stqarr li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma biss avveniment simboliku li jpoġġi objettivi ġodda fuq dan il-Kunsill.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend