Ħabs għall-eks konsulent ta' Donald Trump | One News

Notifiki

Ħabs għall-eks konsulent ta’ Donald Trump

L-eks konsulent ta’ Donald Trump ingħata sentenza ta’ 14-il jum ħabs wara li l-kummenti tiegħu f’ħanut tax-xorb f’Londra wasslu għall-inkjesta Amerikana dwar il-possibilità ta’ koperazzjoni illegali mar-Russja. George Papadopoulos ta’ wieħed u tletin sena qal fil-Qorti f’Washington DC li hu kien patrijott Amerikan li għamel żball billi gideb.
Huwa wieġeb ħati f’Ottubru li għadda, li gideb lill-FBI dwar jekk membri tal-kampanja elettorali kkordinawx mar-Russja qabel l-elezzjoni presidenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend