It-tarbija abbandunata se tissemma Cristiano | One News

Notifiki

It-tarbija abbandunata se tissemma Cristiano

Żewġ social workers mis-Servizzi għall-Ħarsien tat-Tfal intbagħtu l-Isptar Mater Dei biex jgħinu fil-kura tat-tifel tat-twelid li nstab ftit tal-ħin ilu f’parapett f’Buġibba. Fl-istess ħin, dawn is-social workers se jibdew ħidma biex isibu omm it-tarbija. Fuq suġġeriment tal-Maġistrat tal-Għassa, it-tarbija se jissemma Cristiano.

Instabet ukoll familja li lesta tieħu ħsieb lit-tarbija jekk l-omm ma tinstabx. 

It-tifel se jibqa’ Mater Dei għall-osservazzjoni, u l-Aġenzija  Appoġġ se jixtru l-affarijiet li għandu bżonn permezz tal-Appoġġ Children’s Fund.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend