"Twaħħalx f'ħaddieħor" l-Awtorità għat-Trasport lil kumpanija tad-double deckers wara l-inċident fiż-Żurrieq | One News

Notifiki

“Twaħħalx f’ħaddieħor” l-Awtorità għat-Trasport lil kumpanija tad-double deckers wara l-inċident fiż-Żurrieq

Permezz tal-avukat Edward Gatt, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ressqet kontro-protest ġudizzjarju għal protest li ressqet il-kumpanija City Sightseeing Malta li hija l-kumpanija li double decker tagħha laqtet friegħi ta’ siġra fiż-Żurrieq bil-konsegwenza li nqatlu żewġ turisti u ndarbu bosta.Fil-kontro-protest l-Awtorità għat-Trasport sostniet li l-liġi qiegħda hemm iżda dejjem ikollok individwi li ma jimxux magħha bħala ma ġara f’dan il-każ fejn ix-xufier b’irresponsabilità saq b’mod perikoluż.

Intqal li din it-triq intużat kemm il-darba inkluż mix-xufier inkwistjoni u ma kienx hemm inċidenti ta’ dan it-tip.
Permezz tal-avukat tagħha, l-Awtorità għat-Trasport żiedet tgħid li l-protest ġudizzjarja tal-kumpanija tad-double deckers ġej minħabba li din tista’ teħel danni kbar u ttantat li tipponta subgħajha lejn ħaddieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend