Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta' Liam Debono | One News

Notifiki

Tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Liam Debono

Dalgħodu mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Liam Debono li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri f’ Mejju li għadda. Il-Kumpilazzjoni qed tinstemma quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, li poġġa lil Debono taħt att ta’ akkuża, hekk kif inġabru biżżejjed provi fil-konfront tiegħu.
Fl-aħħar seduta xehed ukoll il-vittma Simon Schembri li rrakonta dak li għadda minnu nhar il-15 ta’ Mejju li għadda.
Il-Prosekuzzjoni f’ dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Fabian Fleri, Pierguido Saliba u Chantelle Casha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend