Titfakkar il-Vitorja f'Misraħ l-Assedju | One News

Notifiki

Titfakkar il-Vitorja f’Misraħ l-Assedju

Ilbieraħ filgħaxija, Misraħ l-Assedju fil-Belt Valletta ra mijiet ta’ nies jattendu għal serata kommemorattiva għal Jum il-Vitorja.

Din il-ġurnata mportanti fil-kalendarju Malti propju tfakkar ir-rebħa taż-żewġ assedji li saru fuq il-Gżejjer Maltin. Dak tal-1565 magħruf bħala l-Assedju l-Kbir u kif ukoll it-tieni Gwerra Dinija tal-1943, li b’kumbinazzjoni it-tnejn li huma ntemmu fit-8 ta’ Settembru.̧Il-Monument tal-Assedju huwa maħdum mill-bronz minn Antonio Sciortino u jinkludi fih tliet figuri simbolici. Il-figura ta’ r-raġel fin-nofs iżomm xabla jirrappreżenta l-kuraġġ. Fuq il-lemin tiegħu, figura ta’ mara żżomm tiara tal-Papa, din tirrappreżenta l-fidi tal-Maltin filwaqt li fuq in-naħa tax-xellug, mara oħra żżomm ir-ras ta’ Minerva, li tirrappreżenta ċ-ċiviltà klassika li welled l-Imperu Ruman.

Is-serata inkludiet wkoll diskors mill-Professur Raymond Mangion li zamm il-kelmtejn tiegħu mat tema “Sedaq il-Għaqda fil-Maltin u s-Sliem.” Versi mill-Innu Malti ta’ Dun Karm Psaila.

Huwa kompla jispjega l-importanza tal-għaqda bejn il-Malti u qal kif din fil-passat għenet sabiex il-poplu ma jiċċekinx minn forzi u ħakmiet ħafna akbar minnu.

Huwa kkonkluda wkoll billi saħaq li meta nirrapreżentaw lil Malta barra minn pajjiżna għandna nleħħnu isem Malta b’għaqal u rispett.Ta’ min jinnota wkoll li Jum il-Vitorja jħaddan aspett reliġjuż hekk kif din il-ġurnata ticcelebra t-twelid tal-Madonna dik magħrufa bħala l-festa ta’ Marija Bambina. Din il-festa tiġi ccelebrata fl-Isla, l-Mellieħa, in-Naxxar u wkoll fix-Xagħra Għawdex.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend