Kważi 300,000 turist iżur Malta f’Lulju – One News

Notifiki

Kważi 300,000 turist iżur Malta f’Lulju

290,041 turist żaru pajjiżna f’Lulju li għadda, żieda ta’ 13.1% meta mqabbel ma’Lulju 2017.

257,773 minn dawn ġew Malta għal btala, u 12,835 żaru pajjiżna għal raġunijiet ta’ xogħol.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisika juri li t-turisti li ġew minn Stati Membri Ewropej oħra żdiedu bi 12.1% meta mqabbel ma’ Lulju tas-sena li għaddiet.

It-turisi li żaruna f’dan il-perjodu għandhom bejn il-25 u l-44 sena.

L-ammont ta’ ljieli li dawn qattgħu f’pajjiżna żdiedu bi 12.9% meta mqabbel ma’ Lulju tal-2017, biex b’kollox, it-tursti li żaru Malta f’Lulju qattgħu kważi 2.4 miljun lejl.

Dawn ħallew mal-€279.9miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna, żieda ta’ 9.5% meta mqabbel mal-ammont li ddaħħal mit-turisti f’Lulju 2017.

B’hekk, bejn Jannar u Lulju żaru Malta 1,451,527 turist fuq btala jew għal raġunijiet ta’ xogħol, żieda ta’ 16.9% mill-istess perjodu tal-2017.

Bejn Jannar u Lulju it-turisti li żaru Malta nefqu iktar minn biljun ewro, 11% iktar mill-ammont li nefqu fl-2017.

Intant, f’rapport maħruġ mill-MHRA u maħdum mill-kumpanija Deloitte dwar l-andament tal-lukandi f’dawn l-aħħar xhur, ħareġ li fit-tieni kwart tas-sena 2018, il-lukandi raw żieda ta’ 16.6% fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna kif ukoll li żied fin-numru ta’ ljieli li dawn it-turisti jagħmlu fil-lukandi b’17.5%.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-ħidma ta’ dan il-Gvern qed tħalli l-frott. Huwa qal li tul dawn l-aħħar xhur il-linja Nazzjonali, l-Air Malta, kompliet tikber u rat żieda ta’ 21 rotta flimkien ma’ żewġ ajruplani ġodda. Barra minn hekk, fiż-żmien li ġej se jiġu introdotti wkoll rotot u ajruplani ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend