Konferma: Malta bl-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-U.E. | One News

Notifiki

Konferma: Malta bl-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-U.E.

Informazzjoni li għadha kif ippubblikat il-EUROSTAT turi li bejn April u Ġunju, Malta kellha l-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2018.

Il-EUROSTAT qalet li Malta kellha l-ikbar tkabbir ta’ 1.9%, segwita mill-Estonja u r-Rumanija li raw tkabbir ekonomiku ta’1.4%.

L-inqas pajjiżi Ewropej li rreġistraw tkabbir ekonomiku bejn l-ewwel u t-tieni kwart ta’ din is-sena, kienu id-Danimarka, il-Greċja, Franza u l-Italja.

F’dan l-istess perjodu, iż-żona ewro rat tkabbir ta’ madwar 0.4%.

Din l-aħbar ġiet jum biss wara li pajjiżna rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 5.9%:

Malta bi tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ 5.9% bejn April u Ġunju

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend