ESKLUSSIVA: "Qabditni bħal rogħda u anki bdejt nibki" – Waħda minn nisa li sabu t-tifel abbandunat | One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: “Qabditni bħal rogħda u anki bdejt nibki” – Waħda minn nisa li sabu t-tifel abbandunat

Grupp ta’ residenti ta’ blokka fi Triq il-Pijunieri f’Buġibba ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom wara li sabu tifel tat-twelid bil-kurdun imwaħħal abbandunat fil-parapett tal-istess blokka.

Is-sejba xokkanti saret għall-ħabta tal-16:00 tal-Ġimgħa waranofsinhar minn wieħed mill-ġirien li mal-ewwel talab għall-għajnuna ta’ żewġ ġirien oħra li dlonk niżlu jagħtu l-għajnuna u ċemplu lil Pulizija. ONE News tkellem ma żewġ nisa li kienu fost l-ewwel persuni li sabu lit-tifel. In-nisa ddisekrivew ix-xena bħala waħda xokkanti u tal-biki hekk kif qatt ma stennew li kien hemm persuni lesti li jabbandunaw tarbija b’dak il-mod.

Huma komplew jispjegaw kif it-tifel li inagħtalu l-isem Cristiano fuq xewqa tal-Maġistrat inkwirenti instab imgeżwer f’xi ħwejjeġ taħt il-letterboxes tal-istess blokka. l-Pulizija elevat il-ħwejjeġ li nstabu mgeżwrin mat-tarbija sabiex tara tistax tikseb xi forma ta’ evidenza permezz ta’ DNA jew marki tas-swaba.

L-investigaturi  għad m’ghandhom l-ebda ħjiel dwar omm it-tarbija u l-investigazzjonijiet mhux se jkunu faċli hekk kif fiż-żona li nstabet it-tarbija ma hemm l-ebda cameras tas-sigurtà u sa issa ma nstabet l-ebda xhieda.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Joe Mifsud fejn qabbad lill espert mediku Dr Mario Scerri sabiex jassistih.

Intant, sorsi qrib l-investigazzjoni qalu lil ONE News li it-tifel se jinżamm Mater Dei għall-osservazzjoni u l-Appoġġ sabet Foster Family għat tifel ladarba jiġi rilaxxat mill-isptar.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ għandu jċempel lill-Pulizija fuq in-numru 119.

AĠĠORNAT: Tifel tat-twelid bil-kurdun jinsab abbanudnat f’Buġibba

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend