Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja? | One News

Notifiki

Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja?

Diversi persuni qed jappellaw lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku biex juru iktar rispett lejn min verament ikollu bżonn ipoġġi bilqegħda fuq karozza tal-linja. Studjlu li sar fl-Ingilterra, li kkunsidra l-imġieba ta’ diversi persuni madwar id-dinja, jgħid li dak li jkun iżomm lura milli jagħmel ġest nobbli fuq it-trasport pubbliku għax jibża’ mill-konsegwenzi.

Kollha kemm aħna xi darba konna fuq xi karozza tal-linja mimlija daqs bajda, u meta persuna waħda tqum, kulħadd għal fuq xulxin jipprova jirbaħ is-siġġu vojt. Jekk allaħares tinzerta tkun int ir-rebbieħ, lesti ruħek għall-ħars bl-ikrah.

Lkoll konna bilqegħda fuq karozza tal-linja, u xi anzjan jew mara b’tarbija telgħu ifittxu fejn ipoġġu. Forsi kellna l-headphones f’widnejna u ma ndunajniex. Jew forsi konna b’imneħirna f’xi ktieb, u lanqas kas ta’ xinhu jiġri madwarna. Forsi rajnihom, u ħallejna f’idejn ħaddieħor biex juri naqra manjieri bażiċi li għallmuni ommijietna u missierijietna.

Esperti tal-imġieba soċjali jgħidu li n-nuqqas ta’ attenzjoni u l-egoiżmu għandhom irwol kruċjali fit-turija bażwija ta’ manjieri li qed nitilgħu bihom illum.

Għandna ħabta ngħidu ‘hawn ħafna nies fuq tal-linja, għalfejn għandi nqum jien?’

Sfortunatament, jidher li l-istudjużi ma sabux soluzzjoni għal din il-kriżi fl-imġieba post-moderna.

Se jkollna nbaxxu rasna u naċċettaw li qed ngħixu f’dinja mimlija egoisti u persuni moħħhom fil-mobile!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend