Il-Professur Anġlu Psaila jingħata l-aħħar tislima – One News

Notifiki

Il-Professur Anġlu Psaila jingħata l-aħħar tislima

 

Dalgħodu sar il-funeral tal-Professur Anglu Psaila li miet it-Tlieta li għadda fl-eta ta’ 81 sena.

Kienu bosta l-qraba u ħbieb li mlew il-knisja ta’ Ħaż-Żabbar sabiex jagħtu l-aħħar tislima lill-Professur li kien magħruf għad-diversi interventi li għamel fil-qasam tal-edukazzjoni tas-saħħa pubblika, billi kkontribwixxa f’għadd ta’ programmi lokali tar-radju u t-televiżjoni.Fl-Omelija l-Arċipriet Dun Evan Caruana sellem il-memorja tal-Profs Psaila u qal li minkejja li kellu trobbija fqira fejn saħansitra tilef lill-missieru ta’ 9 xhur, kien eżempju ta’ determinazzjoni. Ma kellu xejn iżda xorta tela’ l-iskaluni kollha tal-ħajja u baqa’ saqajh mal-art.

Ir-rabta tal-Professur mar-raħal ta’ Ħaż-Żabbar baqgħet sal-aħħar hekk kif huwa ndifen fiċ-ċimiterju tar-raħal.

Minbarra l-presenza tad-diversi qraba u ħbieb attendew għall-funeral ukoll uħud mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Wara l-quddies il-funeral kompla bid-difna privata fiċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend