'Xemx u Xita' ta' The Travellers tagħmel suċċess fit-Tuneżija- diversi stazzjonijiet tar-radju imsaħħra bil-mużika tagħhom | One News

Notifiki

‘Xemx u Xita’ ta’ The Travellers tagħmel suċċess fit-Tuneżija- diversi stazzjonijiet tar-radju imsaħħra bil-mużika tagħhom

Il-grupp mużikali The Travellers se jdoqq fi stabbiliment tad-divertiment f’Tunes. Bħalissa l-grupp jinsab fit-Tuneżija biex jippromwovi l-kanzunetti tiegħu fuq ir-radju u f’diversi gigs madwar il-Belt.

Ikkuntattjat minn one.com.mt, Michael Camilleri, id-drummer tal-grupp, qal li huma kellhom l-ewwel intervista fuq stazzjon tar-radju ftit tal-jiem ilu, fejn id-diski nstemgħu għall-ewwel darba. “Jidher b’mod ċar li n-nies jifhmu l-biċċa l-kbira tal-lirika tagħna, peress li l-maġġoranza tal-lingwa tagħna hija Semitika. Id-diski qedd jintlaqaw b’mod tajjeb ħafna, tant li stazzjonijiet tar-radju fit-Tuneżija qed idoqqu, u se jibqgħu idoqqu l-mużika tagħna”.

Il-mużiċist saħaq li dan huwa biss l-ewwel pass biex il-mużika tagħhom tkompl tinfirex ‘il barra minn xtutna. Saħaq li dan huwa unur kbir għall-grupp, u unur ikbat għal Malta.

Dan kollu sar bl-għajnuna tal-Cultural Diplomacy Fund, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u l-Ambaxxatur Mark Pace u Gabriel Camenzuli mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Tuneż.

Il-kanzunetta tagħhom ‘Xemx u Xita’, hija l-iktar waħda li niżlet għasel fit-Tuneżija!

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend