Uffiċjali fil-White House qed jaħdmu kontra Trump | One News

Notifiki

Uffiċjali fil-White House qed jaħdmu kontra Trump

Editorjal f’The New York Times kompla juri sitwazzjoni kaotika fil-White House taħt l-amministrazzjoni ta’ Donald Trump.

L-editorjal iffirmat b’mod anonimu miktub minn uffiċjal fil-White House spjega kif membri fl-amministrazzjoni fil-White House qed jaħdmu flimkien biex jirreżistu lil Trump.

L-editorjal miktub minn uffiċjal fil-White House spjega li f’ġieħ l-interess nazzjonali, uffiċjali bħalu qed jaħdmu biex jiffrustraw lil President Amerikan u l-aġenda tiegħu, li sejħulha perikoluża.

Fost l-oħrajn l-editorjal ippublikat f’The New York Times saħaq li biex jipproteġu lill-Istati Uniti, neħħew dokumenti importanti minn fuq l-iskrivanija ta’ Trump ħalli hu ma jkomplix jagħmel aktar ħsara.

B’reazzjoni għal dan il-President Trump infexx jattakka l-gazzetta Amerikana u xeħet dubji fuq l-eżistenza ta’ dan l-uffiċjal li baqa’ anonimu.

“Jekk dan jeżisti huwa beżżiegħ u l-gazzetta għandha tgħaddi d-dettalji sabiex jgħaddi f’idejn l-awtoritajiet”, saħaq Trump.

Dan l-editorjal xeħet dawl fuq dak imsejjaħ bħal kolp ta’ stat fi ħdan il-White House fejn bosta sostnew li Trump qed ikompli jgħaffeġ u jieħu deċiżjonijiet żbaljati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend