Tliet xhur ħabs għar-Rumeni mixlija bil-logħob tal-azzard | One News

Tliet xhur ħabs għar-Rumeni mixlija bil-logħob tal-azzard

9 Rumeni-7 irġiel u żewġ nisa ngħataw sentenza ta’ tliet xhur priġunerija wara li fil-Qorti kollha kemm huma instabu li operaw, ippromwovu, biegħu jew ippartecipaw f’logħob tal-azzard li sar għall-flus jew għal xi valur ta’ flus. Il-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta. Fuq l-akkużati instab tapit, boċċi, tazzi kif ukoll flus li jammontaw għal aktar minn €700, liema oġġetti ġew ippreżentati l-Qorti.

L-imputati, li jinsabu pajjiżna fuq btala bħala grupp u kienu qed jgħixu l-Qawra, qalu li ma kienux jafu li l-logħob tal-azzard huwa illegali f’Malta-lhiema reat iġorr miegħu sa 5 snin priġunerija.

Ara wkoll:

Għaxar persuni arrestati fil-Belt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend