Tinstab kilo eroina moħbija f'protein shake f'kennel tal-klieb | One News

Notifiki

Tinstab kilo eroina moħbija f’protein shake f’kennel tal-klieb

Kompla jinstema l-każ ta’ Horace Fenech akkużat li kien involut fi traffikar tad-droga kokaina, eroina kif ukoll sustanza suspettata kannabis li nstabu f’gallinar tat-tiġieġ u f’kennel fis-Siġġiewi. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Awwissu li għadda meta ntlemaħ mill-pulizija qrib pajsaġġ fejn farmhouse limiti tal-Fawwara s-Siġġiewi- fejn miegħu kien hemm ukoll Terence Cini li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Peugeot Partner.

Jidher li apparti fil-karozza, instabet ukoll kilo droga eroina moħbija f’‘protein shake’ li nstab f’kennel tal-klieb. Is-sejba saret wara li l-pulizija li kienet ħdejn l-imsemmija kennel innotat lil Horace Fenech jitnerveż, fejn hemmhekk talab lill-pulizija ma jfittxux hemm bl-iskuża li l-kelb kien feroċi.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest-liema talba ser tiġi deċiża fid-19 ta’ Settembru li ġej. Għall-imputat dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend