Tibda Malta Pride 2018 | One News

Notifiki

Tibda Malta Pride 2018

Tniedet il-Malta Pride 2018 b’għadd ta’ attivitajiet li ħa jkunu parti mill-gimgha idedikata lill-persuni LGBTI.

Il-President tal-Allied Rainbow Community Eammon Gomez saħaq li Malta għandha għax tiċċelebra dan il-qasam hekk kif tul dawn l-ahhar hames snin saru tibdiliet kbar specjalment fil-qasam legislattiv. Saħaq li Malta ghandha tkun ezempju ta’ kif pajjiz ghandu jimxi ’l quddiem.Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli li kienet preżeneti għat-tnedija qalet li dak li qabel kien protesta issa sar ċelebrazzjoni. Qalet li Malta rnexxielha tikseb reputazzjoni barra mill-pajjiz tant li hafna qed jurawha bhala mudell.

Il-koordinatur tal-Malta Pride Clayton Mercieca qal li din il-gimgħa ta’ attivitajiet fuq suġġetti varji se tibda mill-Hadd 9 ta’ Settembru u tilħaq il-qofol tagħha s-Sibt 15 ta’ Settembru bil-parata annwali li se tkun segwita b’kunċert kbir gewwa l-Belt Valletta.

Intant, fiż-żmien li ġej il-Ministeru għall-Ugwaljanza mistenni jniedi wkoll strateġija ġdida li se tkompli ssaħħaħ id-drittijiet ta’ din il-kommunità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend