'Thriller' Malti se jsaħħar udjenza internazzjonali | One News

Notifiki

‘Thriller’ Malti se jsaħħar udjenza internazzjonali

Ħareġ l-ewwel trailer tal-film The Boat, miktub minn Winston u Joe Azzopardi li se jgħidilna l-istorja ta’ sajjied li ntilef fuq dgħajsa fuq il-baħar.

Il-film jaqa’ taħt il-ġeneru Thriller, minħabba l-avventura xejn pjaċevoli li jgħaddi minnha s-sajjied żagħżugħ b’ibħra li mhux famijari magħhom.

Il-film mistenni joħroġ iktar tard dan ix-xahar.Il-film inġibed kollu hawn Malta u kelli baġit ta’ aktar minn miljun ewro minn Latina Pictures, kumpanija tal-films li taħdem films bħal Troy, Assassin’s Creed, u World War Z.

Issa, il-kumpanija investiet f’film maħdum minn Maltin, għall-Maltin, u fuq kollox, f’ Malta, u se jinbiegħ lil swieq internazzjonali.

L-attur prinċipali tal-film huwa l-attur Malti Joe Azzopardi, li għen fil-kitba tal-film.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend