Sejħa għal aktar donazzjonijiet tad-demm | One News

Notifiki

Sejħa għal aktar donazzjonijiet tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa għad-donazzjonijiet tad-demm partikolarment minn dawk li għandhom demm A positive u A negative.

Dan in-nuqqas fir-riserva ta’ demm li qed jiġi ikkawżat mis-safar, kif ukoll miż-żmien meħtieġ li wieħed irid iħalli wara li jkun siefer.

Is-Servizz qed jitlob li min ġie lura mis-safar u jixtieq jagħti d-demm għandu jċempel 8007 4313 jew 7930 7307 u  jiddiskuti l-eliġibiltà tiegħu.Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex jagħti d-demm kemm jista’ jkun malajr fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (inkluż fil-festi pubbliċi) mit-8:00 am sas-6:00 pm.

Wieħed jista’ jagħti wkoll fil-mobile blood donation unit li nhar is-Sibt 8 ta’ Settembru ser ikun fil-parkeġġ tal-Villaġġ Kummerjali PAMA tal-Mosta mit-8:30am sas-1:00pm.

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru il-mobile blood donation unit li nhar ser ikun fil-pjazza ta’ wara l-knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard mit-8:30am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed iġib il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend