Se jiżguraw li ssir ġustizzja mal-anzjan li ġie msawwat fuq karozza tal-linja | One News

Notifiki

Se jiżguraw li ssir ġustizzja mal-anzjan li ġie msawwat fuq karozza tal-linja

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis għamlu kuntatt mal-anzjan li allegatament ġie aggredit iktar kmieni din il-ġimgħa waqt li kien qiegħed fuq tal-linja mal-mara tiegħu.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari assiguraw lill-anzjan li Transport Malta qed tiżgura li l-operatur tas-servizz qed jikkolabora mal-pulizija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ dan l-inċident u jiġi żgurat li kemm-il darba huwa l-każ, issir il-ġustizzja.

Ara wkoll:

Isawtu anzjan għami fuq tal-linja wara li martu talbithom biex iċedulu l-post

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend