Mietet mgħarrqa fil-banju wara li kienet fis-sakra | One News

Notifiki

Mietet mgħarrqa fil-banju wara li kienet fis-sakra

Il-kantanta ta’ The Cranbarries Dolores O’Riordan mietet mgħarrqa fil-banju minħabba li kienet fis-sakra. Din l-informazzjoni ħarġet fil-Qorti f’Westminster, Londra, iktar kmieni llum.

O’Riordan mietet fil-15 ta’ Jannar li għadda meta kellha biss 46 sena, u nstabet fil-banju f’lukanda lussuża fil-Kapitali Brittanika.

Il-mewt tagħha qed ikun deskritt bħala inċident traġiku li seta’ kien evitat.

Qabel mietet, hija kienet għaddejja tipprepara skeda ġdida għal tour iktar tard din is-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend