Jispiċċa b’diżabiltà permanenti wara li waqa’ qattus ta’ 6kg fuq rasu – One News

Notifiki

Jispiċċa b’diżabiltà permanenti wara li waqa’ qattus ta’ 6kg fuq rasu

Raġel ta’ 56 sena minn Turin spiċċa jsofri minn diżabilità permanenti wara li waqa’ qattus li jiżen 6kg fuq rasu.

Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li l-qattus waqa’ għoli ta’ tmien sulari minn gallarija għal fuq ras il-vittma, li dak il-ħin kien miexi fit-triq.

Sfortunatament, il-qattus miet mad-daqqa, u r-raġel qed isofri minn diżabiltà permanenti f’ rasu.

Jidher li sid il-qattus ingħatat multa mill-Pulizija, iżda issa mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin minħabba li ma ħaditx ħsieb li tipprevjeni l-qattus milli jaqa’ mill-gallarija u jweġġa’ lir-raġel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend