Ilejla ssir iċ-ċerimonja fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir | One News

Notifiki

Ilejla ssir iċ-ċerimonja fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir

Illejla se ssir iċ-ċerimonja kommemorattiva li tfakkar ir-rebħa tal-Kavallieri u ta’ Malta fl-Assedju l-Kbir tal-1565.

Wara l-wasla tal-mistiednin distinti u l-Aġent Prim Ministru, se jsir diskors mill-Professur Raymond Mangion għall-okkażjoni.Il-Monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika inħadem minn Antonio Sciortina fl-1926 f’Ruma, u kien inawgurat fil-Belt Valletta fit-8 ta’ Mejju 1927.

Wara l-inawgurazzjoni, il-misraħ fejn sal-lum għadu wieqaf il-mafkar ġie msemmi Misraħ l-Assedju l-Kbir.

Il-monument deher ukoll fuq stampti Malti bejn l-1956 u l-1972, u fuq il-munita tal-50ċ Maltija mill-1972 sal-2008.

Kien sar xi xogħol ta’ restawr fuq il-monument fl-2012, u llum huwa mniżżel fl-inventorju tal-Propjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend