Il-Premju Soċjetà Ġusta għall-ħames darba f'pajjiżna | One News

Notifiki

Il-Premju Soċjetà Ġusta għall-ħames darba f’pajjiżna

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa ċelebrazzjoni għall-ammont kbir ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni meħuda minn nies fis-settur tad-diżabilità f’pajjiżna.

Għal darb’oħra, dan huwa avveniment annwali li ser ikun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jseħħu waqt il-Ġimgħa ddedikata għad-Diżabilità, f’Diċembru.F’diskors fit-tnedija tal-premju, s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis fisser kif id-dmir tal-Gvern huwa li jesprimi l-apprezzament tiegħu lil kull min qiegħed jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva, fejn persuni b’diżabilità ikunu jistgħu jesperjenzaw atteġġjamenti iżjed miftuħa, aċċessibilità, u kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-għajxien indipendenti u fil-komunità.

Intant, il-pubbliku jista’ jissottometti nomini għal ħames premji:

Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità, Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Premju Soċjetà Ġusta, Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport, Arti u Kultura u Premju għal Kumpanija li topera mod inklussiv.

Dan tal-aħħar huwa premju ġdid għal din is-sena.

Wara li dan il-Gvern inforza l-liġi tal-impjieg, liġi li tmur lura għall-1969, għall-ewwel darba f’pajjiżna qed isir rikonoxximent lil dawk li jħaddmu.

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Novembru li ġej.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend