Il-PL japprova l-ewwel kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew   | One News

Notifiki

Il-PL japprova l-ewwel kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew  

L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li l-ewwel kandidati approvati wara li ssottomettew in-nomina tagħhom uffiċjalment huma Felix Busuttil, Josef Caruana, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Alex Saliba u Joe Sammut. Iktar kandidati jkunu approvati fil-ġimgħat li ġejjin.

L-ewwel grupp ta’ kandidati jindika li għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla, il-Partit Laburista se jkollu l-aqwa għażla biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu rappreżentati bl-aħjar mod fil-Parlament Ewropew.Meta kkummenta dwar dawn l-elezzjonijiet, il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal: “Dawn l-elezzjonijiet se jerġgħu jkunu elezzjonijiet li joffru sfida lill-Partit Laburista. Dan anke għax il-Partit Laburista se jkun kważi f’nofs it-tieni leġiżlatura tiegħu. Peró, bil-kandidatura li se jkollu u bil-ħidma li se ssir fix-xhur li ġejjin, il-Partit Laburista se jaħdem biex jassigura l-aqwa riżultat possibbli. Il-poplu Malti seta’ jara kif is-snin li għaddew urew id-differenza bejn l-MEPs tal-Partit Laburista, li jaħdmu favur Malta u ċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Partit Nazzjonalista, li l-uniku għan tagħhom kien li jweġġgħu l-gvern biex mingħalihom igawdi l-Partit Nazzjonalista. Biex għamlu hekk, spiċċaw jipprovaw iweġġgħu l-pajjiż għal darba wara oħra. Malta jistħoqqilha rappreżentanti li jaħdmu biex isaħħulha isimha fl-Ewropa u hekk se jkunu qed jagħmlu l-MEPs tal-Partit Laburista”, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.

Aqra iktar dwar l-ewwel kandidati tal-Partit Laburista hawn:

KandidatiMEPs

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend