Il-Gvern jieħu azzjoni dwar il-kwistjoni tal-iskart f'Għawdex | One News

Notifiki

Il-Gvern jieħu azzjoni dwar il-kwistjoni tal-iskart f’Għawdex

Il-Gvern ħa l-passi meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli fl-immedjat. Għal dan il-għan, sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent li nħoloq minħabba din issitwazzjoni, il-Ministeru għal Għawdex fil-ġranet li għaddew ħa ħsieb li jinġabar l-iskart tal-bring-in sites f’Marsalforn u fix-Xlendi.

Apparti dan, l-ERA qabbdet kuntrattur privat biex bħala miżura ta’ emerġenza jiġbor l-iskart riċiklabbli u jsir tindif tal-bring-in sites fil-Munxar, fl-Għasri, f’San Lawrenz, fiż-Żebbug, f’Kerċem, fil-Fontana u fl-Għarb. Dan qiegħed iseħħ mingħajr kwalunkwe preġudizzju għal kull azzjoni legali li l-ERA, bħala regolatur f’dan il-qasam, tista’ tieħu fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati.

F’dan l-istadju, l-ERA diġà kkomunikat formalment mal-partijiet ikkonċernati dwar l-obbligi relatati skont il-liġi dwar ir-regolamenti dwar lippakkjar u l-iskart tal-ipakkjar fl-immaniġġjar tal-iskart.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend