Il-funeral ta' Neil Zammit se jsir nhar it-Tnejn | One News

Il-funeral ta’ Neil Zammit se jsir nhar it-Tnejn

L-Aħħar tislima lil Neil Zammit se tingħata nhar it-Tnejn fit-08:30 ta’ filgħodu fil-knisja ta’ Kristu Re Raħal Ġdid.

Neil, zagħuġħ ta’ 20 sena minn Raħal ġdid miet ħabta u sabta wara li t-Tnejn mar jgħodds bin-nifs flimkien ma’ sieħbu f’Baħar iċ-Ċagħaq u qatt ma reġa’ tela fil-wiċċ ħaj.Wara siegħat tat-tfittxija il-katavru ta’ Neil instab mill-Forzi Armati ta’ Malta, it-Tlieta għal ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar.

Kienu bosta qraba u ħbieb li esprimew id-dieqa tagħhom għat-telfa ta’ Neil. Fosthom t-tfajla tiegħu Rebecca Vella. Fejn indirizzat lil Neil bħala r-raġel ta’ ħajjitha u qalet li se tkun qed titlob għalih kuljum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend