€350,000 oħra f’fondi għall-proġetti fil-qasam tal-films – One News

Notifiki

€350,000 oħra f’fondi għall-proġetti fil-qasam tal-films

Il-Kummissjoni Maltija għal Films għal darb oħra reġgħet nediet fond ta’ tliet mija u ħamsin elf ewro għal dawk kollha li jixtiequ jtellgħu produzzjonijiet f’dan il-qasam.

Dan il-fond ser ikun qed jinkludi skemi għal seba’ taqsimiet differenti.

Dawn jinkludu skemi għal kittieba, għal films qosra, dokumentarji, serje, festivals internazzjonali, produzzjoni u żviluppi ta’ dawn il-produzzjonijiet.

L-għan ta’ dan il-fond huwa li jibqa’ jinkoraġixxi produzzjonijiet ta’ kwalità f’dan il-qasam sabiex b’hekk ukoll toħroġ il-kultura u talent Malti.Il-kriterji sabiex wieħed jikkwalifika għal dawn l-iskemi jinsabu fis-sit uffiċjali tal-Kummisjoni Maltija għal Films. L-applikazzjonijiet jgħalqu fil-wieħed u tletin ta’ Ottubru f’nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend