Aċċess iktar faċli għal testijiet l-Isptar għat-tobba u għall-pazjenti | One News

Notifiki

Aċċess iktar faċli għal testijiet l-Isptar għat-tobba u għall-pazjenti

Tobba tal-familja se jkollhom il-faċilità li jordnaw testijiet tad-demm lill-pazjenti minn fuq l-applikazzjoni tal-My Health online. Dan is-servizz tnieda l-Ħamis filgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li spjega kif dan se jżid l-effiċjenza b’kontinwità ta’ kura aħjar għall-pazjent.

“Mill-lum jista’ jordna testijiet ta’ demm anka b’mod diġitali biex b’hekk apparti li jkun hemm din l-informazzjoni li issa qiegħda għand kulħadd din is-sistema saret iktar effiċenti u b’inqas skariġġ għall-pazjent. tnaqqas il-ħtieġa li jrid joqgħod imorru jiġru bil-karti miċ-ċentru tas-saħħa għal għand it-tabib u jerġa jmur għand it-tabib u jerġa jmur joħdulu d-demm. Issa dan kollu jista’ jiġri b’daqqa ta’ seba fuq l-ipad”.F’kummenti ma’ ONE NEWS it-tabib tal-familja Philip Sciortino esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din iż-żieda hekk kif din se ssaħħaħ il-potenzjal tas-saħħa li jkun jista’ jagħti tabib tal-familja.

“Il-pazjent se jibbenefika minn servizz li jkollu anqas burokrazija. Mhux biss is-servizz ikun tajjeb f’termini ta’ aċċess imma jippermetti biex il-pazjent jieħu l-aħjar mis-servizzi li hawn”.

Bħalissa hemm 270 tabib li jagħmlu użu minn din l-applikazzjoni flimkien ma’ aktar minn 50,000 pazjent. Il-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kompla jispjega kif għall-futur, hemm pjanati iktar servizzi għal dawk li jagħmlu użu minn din l-app.

“Issa se nkomplu nżiduhom, se nagħmlu features bħal per eżempju li t-tobba tal-familja jistgħu jordnaw anka x-rays. Se nkunu qed indaħħlu wkoll l-electronic patient records jiġifieri, id-data medika kollha ta’ pazjent tiġi minn fejn tiġi anka mingħand tabib tal-familja ħa tkun qiegħda kollha f’post wieħed biex b’hekk imur fejn imur il-pazjent anka jekk imur għal kura barra minn malta, din id-data timxi miegħu”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend