Sekwestru ta' €800,000 fil-konfront ta' Jason Azzopardi | One News

Notifiki

Sekwestru ta’ €800,000 fil-konfront ta’ Jason Azzopardi

 

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ffaċċja sekwestru ta’ tmien mitt elf ewro fi proċeduri ta’ separazzjoni li jinsab għaddej minnhom ma’ martu wara li allegatament saret taf li kien qiegħed iqarraq biha.

Artiklu ppubblikat fil-ġurnal Maltatoday żvela li dokumenti li tressqu l-qorti juru li l-kumpanija legali ta’ Azzopardi, Azzopardi & Busietta Advocates talbet lill-qorti biex tneħħi s-sekwestru minn fuq tliet kontijiet tal-kumpanija.Marica Azzopardi Balzan kellha t-talba tagħha parzjalment milqugħa mill-qorti bħala parti mit-talbiet tagħha fuq il-komunjoni tal-akkwisti tal-koppja.

Madankollu, il-Qorti laqgħet it-talba biex jitneħħa s-sekwestru minn fuq il-kontijiet tal-klijenti tal-kumpanija legali ta’ Azzopardi.

Chris Busuietta, l-Avukat imsieħeb fid-ditta legali ta’ Azzopardi qal li ma kienx qed jikkonendi pretensjonijiet ta’ mart Azzopardi, iżda sostna li s-sekwestru kien qed jaffettwa ħażin in-negozju tiegħu.

Azzopardi Balzan kienet fl-aħbarijiet wara li fl-2017 ħarġet takkuża pubblikament lil Jason Azzopardi li kien qed iqarraq biha meta kellu relazzjoni barra ż-żwieġ. Il-mara li kienet ilha 18-il sena miżżewġa ħarġet tirringrazzja pubblikament lil dawk li fetħulha għajnejha dwar il-każ.

Azzopardi ċaħad li kien qed iqarraq b’martu u qal li l-affarijiet personali għandhom jibqgħu personali.

Id-deputat Nazzjonalista kien wieħed minn bosta membri parlamentari Nazzjonalisti li fl-2011 ivvota kontra d-dħul tal-liġi tad-divorzju minkejja li l-poplu vvota bi ħġaru favur f’referendum li sar fl-istess sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend